Petizzjoni lill-Prim Ministru għall-bidliet fil-Liġi għall-Ħarsien tal-Annimali

Petizzjoni onlajn li diġa qed tattira interess u xprunata minn sitwazzjonijiet riċenti ta' annimali maħqurin

Petizzjoni għal bidliet fil-liġi li tħares l-annimali
Petizzjoni għal bidliet fil-liġi li tħares l-annimali

Mill-lum stess bdiet iddur petizzjoni onlajn li qed tinkoraġġixxi lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex jagħmel bidliet fil-Liġi tal-'Animal Welfare' kemm jista jkun malajr. Il-petizzjoni tgħid illi ma jistax ikun li l-krudelta' fuq l-annimali tibqa' għaddejja ta' kuljum 'mingħajr ħadd ma jagħti każ.

Il-kummenti diġa bdew deħlin b'persuna partikolari tikteb li dawk li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Animal Welfare mhux vera jħobbu l-annimali imma qegħdin hemm minħabba li huwa impjieg ieħor mal-Gvern jew għax daħħalhom xi ras kbira. Kummenti oħrajn jikkritikaw kull tip ta' moċqrija fuq l-annimali.

Ilbieraħ l-ILLUM tella' storja b'ritratt li juri żiemel ta' karozzin jistenna f'xemx tagħli waqt li sid l-istess karozzin kien qiegħed jistrieħ fid-dell.

 

Dawk li jixtiequ jiffirmaw il-petizzjoni jistgħu jiffirmaw hawnhekk:  

https://www.change.org/p/the-prime-minister-of-malta-hon-dr-joseph-muscat-urgent-overhaul-of-animal-welfare-laws-and-current-practices-as-we-the-citizens-of-malta-cannot-tolerate-the-amount-of-animal-cruelty-going-on-on-a-daily-basis-and-allowed-to-go-on-with-impunity-ad-ete?recruiter=69768610&utm_source=share_petition&utm_medium=copylink

More in Politika