L-ewwel dokument dwar l-ilsien Malti mimli żbalji fil-Malti
More in Politika
Fi stqarrija l-Kumitat tal-Għaqda tal-Malti fl-Universita' sostna li bħala Kumitat "nemmnu li lsienna jeħtieġ entità governattiva magħmula minn persuni kompetenti bħalma hu l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Għalhekk, jinkwetana l-fatt li d-dokument imniedi nhar l-4 ta’ Lulju 2015 jinħass li hu intiż ukoll biex jixħet dubji dwar l-irwol tal-Kunsill, aktar u aktar meta dan id-dokument huwa miktub b’irresponsabbiltà u b’nuqqas ta’ kompetenza. L-ewwel verżjoni tad-dokument li xxandret kienet miżgħuda żbalji li jvarjaw minn dawk ortografiċi, għal fattwali, u l-argumenti fid-dokument huma anki issa, fit-tieni verżjoni, ibbażati fuq impressjonijiet popolari aktar milli għarfien sħiħ tal-lingwa. Filwaqt li nifhmu li lkoll inħobbu lsienna, ma jfissirx li lkoll nafu l-aħjar ġid għalih.
L-ewwel verżjoni tad-dokument li xxandret kienet miżgħuda żbalji li jvarjaw minn dawk ortografiċi, għal fattwali, u l-argumenti fid-dokument huma anki issa, fit-tieni verżjoni, ibbażati fuq impressjonijiet popolari aktar milli għarfien sħiħ tal-lingwa. Għaqda ntal-Malti
Min-naħa l-oħra l-Kumitat jemmen li l-Kunsill għandu fost l-aħjar esperti sabiex jieħdu deċiżjonijiet sana dwar ilsienna. Il-Kumitat jirrispetta d-deċiżjonijiet tal-Kunsill, kemm għax jemmen li hemm nies kompetenti, kif ukoll għax id-deċiżjonijiet li ttieħdu dejjem kienu infurmati sew. Jidhrilna li l-Kunsill dejjem qagħad attent sabiex jiddistingwi bejn linji gwida għal ortografija ta’ natura teknika ħafna, ngħidu aħna fil-qasam legali, u l-ortografija popolari. Dan waħdu huwa xhieda tal-ħiliet tekniċi tal-membri tal-Kunsill u s-sensittività tagħhom lejn l-utenti tal-Malti li ma jaħdmux biss f’oqsma tekniċi.
Wara kollox, ħafna Maltin huma kelliema nattivi tal-Malti, u ħadd ma jaf il-lingwa daqshom. Imma ftit Maltin huma lingwisti kkwalifikati, u ħadd ma jaf il-lingwistika daqshom."