Michelle Muscat flimkien mat-tim Malti tal-Olimpjadi Speċjali f'Los Angeles

Mart il-Prim Ministru tagħti kelma ta' inkoraġġiment lit-tim Malti

Michelle Muscat, flimkien ma' Etoile u Soleil f'Los Angeles għall-logħob tal-Olimpjadi Speċjali
Michelle Muscat, flimkien ma' Etoile u Soleil f'Los Angeles għall-logħob tal-Olimpjadi Speċjali

Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru bħalissa tinsab Los Angeles hekk kif ġiet mistiedna mill-iSpecial Olympics International biex tattendi l-Olipjadi Internazzjonali għal persuni bi bżonnijiet speċjali.

Muscat ingħaqdet mat-tim malti tal-Olimpjadi fl-aħħar preparamenti tagħhom qabel il-ftuħ tal-logħob. Hija ikkongratulat lill-atleti Maltin għall-ħila u d-determinazzjoni tagħhom u qalet li fid-disat'ijiem li ġejjin"intom se tkunu qegħdin turu l-abbiltajiet tagħkhom li ksibtu minn taħriġ u appoġġ minn staff volontarju u kommess.  

Anna Calleja, il-Kap tal-Olipjadi Speċjali Malta irringrazzjat lil Muscat u l-Fondazzjoni Marigold għall-għajnuna finanzjarja u ta' appoġġ li qed jagħtu.

Kważi 7,000 atleti minn 177 pajjiż qed jiġu flimkien u jipparteċipaw fl-Olimpjadi Speċjali Internazzjonali u qed iġibu flimkien uħud mill-aqwa atleti. Il-logħob f'Los Angeles se jkunu qed jibdew, uffiċjalment, għada.  


.

More in Politika