Il-Prim Ministru Joseph Muscat attakka lil Paretit nazzjonalista bħala negattiva wara l-kritika fuq il-BOV u ċ-chairman John Cassar White.
Muscat qal li Cassar White hu persuna ta’ fiduċja li anke l-istess Partit Nazzjonalista fil-gvern kien jafdah meta appuntah f’diversi karigi għax dan qatt ma ħares lejn l-uċuħ. Fejn kienu appuntawh bħala chairman tal-Malta Shipyards.
Iżda issa skont il-PN tal-lum l-BOV hi mmexxija minn chairman li hu pupu ta’ Kastilja. Il-Prim Ministru semma wkoll l-attakk tal-PN fuq l-MCAST u Martin Scicluna l-Kap tan-National Commission for Higher and Further Education. Fejn Muscat qal lid an hu persuna li jagħmel xogħol b’mod indipendenti, “għax aħna gvern li kuntrarjament mill-PN naħdmu ma’ kulħadd anke ma dawk li ma jaqblux magħna. Ara l-PN jattakka lil kulmin ma jaqbilx magħhom. Dan juri biċ-ċar il-kuluri vera tal-PN u d-double standards tagħhom.”