L-Ghaqda Patrijotti Maltin qed jitolbu 'air time' fuq l-istazzjon tal-Istat bie xjuru lil poplu Malti li qed nitilfu lil pajjiżna għal barrani. Kienu biss madwar 100 persuna jipprotestaw dwar id-diskriminazzjoni tal-PBS lejhom.
Liebsa T-Shirts bil-kliem 'Je Suis Malti' u 'No Integration' bl-għajta ta' Malta u 'Le Għad-Diskriminazzjoni" fi sħana kbira ta' dalgħodu dawn barra l-uffiċċini tal-PBS semgħu wkoll dak li kellu jgħidilhom l-kap tagħhom Alex Pisani. Li bdew iwaħħlu fil-ġurnalisti li huma qed jinċitaw l-mibgħedha bejn il-maltin u r-refuġjati.
Skont huma Malta mhix razzista. Iżda mhux sew li immigranti mit-tielet dinja għandhom iżjed drittijiet u qed jingħataw aktar attenzjoni miċ-ċittadin Malti.
Anke jekk il-massa kienet waħda żgħira il-Patrijotti qalu li dawn huma l-vera Maltin u patrijotti u l-ottimista Scicluna qal li hemm iżjed Maltin u huma qed jirrapreżentaw l-400,000 Malti li hawn jgħixu f'Malta.
Waqt il-protest bdew jiġbru l-firem fejn skont Pisani in-numru ta' firem laħaq it-13,000. "Aħna nkunu kuntenti meta ir-refuġjati kollha jintbagħtu lura pajjiżhom u ma jitħalla ħadd iżjed jersaq lejn malta." qal Pisani. Li kompla jgħid li għandu rabja kbira li meta jipprotestaw ftit immigranti jintabgħtu ġurnalisti mill-PBS biex jikkaverjawha u l-attivitajiet tagħhom ma jintbagħtux ġurnalisti.
John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda g�...