(Filmat) Lord Sewel jiġbed il-Kokajina mal-prostituti li jtemmlu l-karriera politika

Il-partit laburtista ssospendih sa ma jiġi investigat iżda bħala baruni xorta jibqa jieġu £300 kuljum

Lord Sewel li ġie mogħti l-unur ta' Lord mill-Prim Ministru Ingliż jinsab sospiż mill-partit laburista sa ma tiġi investigata l-istorja li hu ġibed il-kokajina flimkien mal-prostituti. Dan jidher f'video li ħareġ fuq l-internet. Fl-istess video jinstema jgħid kontra David Cameron, Boris Johnson u Tony Blair li kien hu li għamlu Lord.

Iżda anke jekk hu sospiż xorta jista jmur il-Parlament bħala Lord u fl-istess ħin jieħu salarju ta' £300 kuljum. Għalkemm il-media Ingliża qed tagġħmel pressjoni fuqu li għandu jirriżenja minn Lord.

Lord Baron Stewart ilu jżomm dan it-titlu għal aktar minn 20 sena u hu wieħed mill-akkademiċi fejn għandu l-PHD fl-antropolġija. Għandu 69 sena, miżżewweġ b'ervat itfal. Fir-ritratt fuq The Sun jidher liebes bra ta' prostitua aħmar u jpejjep.

More in Politika