MP Ġermaniż jiftaħ daru għall-immigranti

Jgħid li qed jagħmel hekk biex inaqqas mill-polarizzazzjoni u ostilita' lejn l-immigranti

L-MP Ġermaniż Martin Patzelt
L-MP Ġermaniż Martin Patzelt

Il-Membru Parlamentari Konservattiv tal-Partit ta' Merkel Martin Patzelt iddeċieda li jdaħħal f'daru żewġ refuġjati mill-Eritrea. Huwa qiegħed jieħu ħsiebhom filwaqt li qed jgħinhom ukoll biex isibu impjieg. Meta mistoqsi għalfejn qed jagħmel dan Patzelt qal li dan il-ġest kellu l-iskop li jnaqqas mill-poolarizzazzjoni u l-ostilita' lejn ir-refuġjati. 

Bħalissa l-Ġermanja, bħal diversi pajjiżi oħrajn Ewropej, tinsab maqbud f'diskussjoni taħraq dwar l-immigrazzjoni hekk kif din is-sena in-numru ta' immigranti deħlin fil-pajjiż żdied sew. 

Patzelt għandu dar kbira ġewwa Briesen, ħdejn Frankfurt u ż-żewġ Eritreani, Haben ta' 19-il sena u Awet ta' 24 sena qed jgġħixu fis-sukar ta' fuq tal-istess dar. Is-sit Ingliż BBC irraporta kif dawn qed jitgħallmu ftit il-Ġermaniż grazzi għal dan l-MP u qed jagħmlu wkoll xogħol mal-Kunsill Lokali u f'supermarket.  

More in Politika