Persuna omosesswali marbut, mgħammad u garat minn bini mill-ISIS

L-ISIS ikomplu bil-kampanja brutali u mdemmija ta' attakki u qtil kontra persuni omosesswali fl-Iraq

Ritratt ippublikat fuq id-DailyMail li juri lil-persuna omosesswali mgħadda u marbuta
Ritratt ippublikat fuq id-DailyMail li juri lil-persuna omosesswali mgħadda u marbuta

Persuna oħra sfat vittma taħt idejn l-ISIS hekk kif ritratti ppublikati fuq is-sit Ingliż Daily Mail juru grupp ta' tliett irġiel jgħammdu, jrrbtu u jarmu persuna omosesswali minn bini għoli. Dan il-qtil brutali, li bħalu diġa rajna oħrajn, iseħħ quddiem folla li tinġabar biex tara lill-omosesswali mwaddab mill-bini għal isfel.

Ritratt mid-DailyMail li juri l-aħħar mumenti tal-persuna omosesswali mwaddba minn bini fl-Iraq
Ritratt mid-DailyMail li juri l-aħħar mumenti tal-persuna omosesswali mwaddba minn bini fl-Iraq

In-nies taħt il-bini, kull meta jsir att infami bħal dan, jinħabru biex jisimgħu d-deskrizzjoni ta' kif instab li l-persuna hija omosesswali u għalhekk għaliex l-ISIS iddeċidiet li toqtlu b'dan il-mod. L-ISIS, grupp mill-aktar estremista Iżlamiku, responsabbli minn qtiol u vjolenza f'diversi pajjiżi Iżlamiċi, jaraw l-omosesswalita' bħala insult lejn Alla u għalhekk punibbli bil-mewt.  

More in Politika