Joe Gaffarena donnu jrid jibqa' fis-skiet mal-mezzi tax-xandir hekk kif wieġeb li ma kellux kummenti xi jagħti meta dan il-ġurnal għamel kuntatt miegħu. Il-gazzetta ILLUM talbitu jikkummenta u jagħti r-reazzjonijiet tiegħu għall-kummenti li dehru fil-ħarġa tal-gazzetta ILLUM ta' nhar il-Ħadd li għadda fl-intervista mal-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.
Min-naħa tiegħu, Gaffarena waqt li qal li ma riedx jikkumenta dwar dan, qal ukoll li ma kellux xi jżid mal-affidavit li deher fil-mezzi tax-xandir din il-ġimgħa..