Il-Knsija Kattolika f'Malta, forsi mingħajr wisq sorpriżi, ħarġet kontra d-dikriminalizzazzjoni tal-pornografija. Il-knisja tfakkar illi s-sess mhux biss "gratifikazzjoni u pjaċir imma rigal u invit għal relazzjonijiet interpersonali ma' oħrajn". Il-Knisja permezz tal-Kurja tkompli tfakkar illi l-industrija tas-sess titrasforma dawn il-valuri f'kommodita' għall-profitt.
Dwar ħwienet tas-sess il-Knisja tagħmilha ċara li dawn huma parti minn din l-industrija tas-sess u ma tistax tara kif il-ftuħ ta' dawn l-istabbilimenti jista jkollu xi ħaġa x'jaqsam mal-liberta' tal-espressjoni. Il-Knsija tgħid illi jekk ninkoraġġixxu din l-industrija nkunu qed nibgħatu l-messaġġ li l-flus u l-profitt jistgħu jiġu qabel id-dinjita' u s-saħħa tal-bniedem.