Il-PN kompla għaddej bil-kritika tiegħu tal-ġimgħa l-oħra dwar il-qasam tas-saħħa fejn fi stqarrija ilbieraħ saħansitra qal illi l-Ministru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali Michael Farrugia u s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanita' Attiva u Persuni b'Diżabilita' "moħħhom biss biex fid-djar tal-anzjani jdaħħlu anzjani mid-disretti elettorali rispettivi tagħhom, minflok ma jimxu bi proċedura biex kulħadd jingħata l-istess ċans. Fil-fatt, minkejja diversi attentati, l-Gvern qed jibqa’ jirrifjuta li jgħid min qed jiddeċiedi min jidħol f’dawn id-djar tal-anzjani."
Il-PN qal illi l-politika favur l-anzjani ma ssirx billi titwaħħal xi plakka kuljum b’isem is-Segretarju Parlamentari mnaqqxa fuqha, iżda billi jiġu indirizzati verament il-bżonnijiet tal-anzjani.