[Aġġornat bil-filmat] Illum il-Maltin u l-Għawdxin kollha rebħu...u l-gvern issaħħaħ - Marlene Farrugia

Status mill-aktar pożittiv għal gvern wara li tħabbar li l-Universita se ssir Bormla

Il-proġett tal-Universita' Amerikana ta' Malta (impressjoni artistika)
Il-proġett tal-Universita' Amerikana ta' Malta (impressjoni artistika)

Waħda mill-aktar attivisti ħorox tal-Gvern ta' Joseph Muscat, id-Deputata Parlamentari Laburista Marlene Farrugia kienet l-ewwel waħda li faħħret id-deċiżjoni tal-gvern dwar il-fatt li dan li sema mill-poplu u b'konsegwenza  parti mill-proġett tal-Universita Amerikana se jsir Bormla. Dan apparti li l-iżvilupp fuq art ODZ se jonqos b'80%.

Marlene Farrugia, li l-midja Nazzjonalista kienet ħarġet b'diversi ritratti tagħha tiprotesta biex il-proġett ma jsirx fuq art ODZ, laqgħet bil-ferħa d-deċiżjoni tal-Prim Ministru u tal-Gvern Laburista, li tagħmel parti minnu hi u qalet li "illum il-Maltin u l-Għawdxin kollha rebħu u l-gvern issaħħaħ"

More in Politika