Raġel jilmenta li baqa' b'xiber imnieħer ma' Transport Malta

Jgħid illi nefaq mal-€1,700  biex seta' jieħu l-karozza għand panel beater

Ritratt li rċieva dan is-sit minn Edward Pullicino li qed jilmenta li kuntrarjament għal kumpens li se tagħti l-kumpanija ta' Trasport Pubbliku, hu baqa' b'xiber imnieħer
Ritratt li rċieva dan is-sit minn Edward Pullicino li qed jilmenta li kuntrarjament għal kumpens li se tagħti l-kumpanija ta' Trasport Pubbliku, hu baqa' b'xiber imnieħer

Ma tantx għadda ħin minn meta l-kumpanija ta' trasport pubbliku ħabbret li se tkun qed tħallas għall-ħsarat li saru fuq karozza f'Tas Sliema li raġel bl-isem ta' Edward Pullicino bagħat ilment, fosthom lis-sit illum.com.mt biex jilmenta dwar inċident li ħalla l-karozza tiegħu bi ħsarat u li tal-ħsarat ma ħa xejn minn Transport Malta, anke jekk din, skont l-imejl tiegħu, kienet ħadet it-tort.  

L-inċident seħħ fl-10 ta' Mejju 2015 fi Triq it-Turisti il-Qawra u skont ir-rapport tal-inċident dan kien jinvolvi kolliżjoni li waslet għall-ħsarat fin-naħa tal-lemin fuq quddiem tal-karozza. 

Fl-imejl li dan ir-raġel bagħat lil dan is-sit, fost oħrajn, huwa qal illi wara li sar l-istudju neċessarju (wara l-ħabta) għand il-kumpanija Toyota kien deċiż li l-karozza tat-tip Toyota kellha valur ta' €1,500. Huwa qal li kellu bżonn €2,400 biex ikun jista' jirranġaha bil-kumpanija tal-assigurazzjoni kienet lesta tagħti €1,200 jew €1,500 f'każ li ried jiskrappja l-karozza.

Huwa ddeskriva l-esperjenza tiegħu bħala "ħmar il-lejl" u staqsa għalfejn hu ma ngħata ebda kumpens meta sar l-aċċident bil-ħsarat fil-karozza. 

More in Politika