800 Iżlamist radikali lesti biex jattakkaw bliet Ewropej

Sorsi tal-forzi Spanjoli kontra t-terroriżmu jarrestaw 14-il persuna u jgħidu li mijiet ta' nies ġew lura l-Ewropa wara taħriġ li ħadu fis-Sirja u fl-Iraq

Ritratt meħud mis-sit BBC li juri lil Ayoub El-Khazzani, arrestat fuq ferrovija Franċiża u deskritt minn Spanja bħala
Ritratt meħud mis-sit BBC li juri lil Ayoub El-Khazzani, arrestat fuq ferrovija Franċiża u deskritt minn Spanja bħala "potenzjalment perikoluż"

Sorsi Spanjoli kontra t-terroriżmu qalu mas-sit Ingliż BBC illi madwar 800 rekrut għadhom kif irritornaw lura mill-Iraq u s-Sirja wara sessjonijiet ta' taħriġ fir-radikaliżmu Iżlamiku mill-grupp terrorista tal-Istat Iżlamiku (IS). Din l-infoirmazzjoni tiġi ftit siegħat biss wara arrest ta' 14-il persuna fil-Marokk u f'Madrid ta' nies li kienu qed iħajru aktar nies biex jidħlu parti mill-grupp IS. 

Nhar il-Ħimgħa Marokkiin li kien qed jgħix fi Spanja kien arrestat wara li nqabad fuq ferrovija Franċiża. Dan ir-raħel kien immarkat bħala persuna potenzjalment perikoluża mill-awtoritajiet Spanjoli. Ayoub El-Khazzani huwa oriġinarjament mill-Marokk iżda għex fi Spanja għal seba' snin sħaħ. L-aħħar arresti fi Spanja saru f'San Martin De La Vega, post qrib il-kapitali u jiġu wkoll wara li l-pajjiż għolla t-thedida ta' terroriżmu minn tlieta għal erbgħa.  

More in Politika