Hekk kif id-dibattitu dwar l-Universita' Amerikana ta' Malta deher li qed ibatti b'dak li bosta aċċettaw bħala kompromess jidher illi issa qed tqum il-biża mil-possibilita' li fuq is-sit fiż-Żonqor issir Moskea biex dawk l-istudenti li huma Musulmani jkunu jistgħu jitolbu fiha. Wara rapporti fuq il-midja dalgħodu l-Viċi Chairman tal-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo staqsa jekk il-proposta fl-istudju dwar l-impatt soċjali biex fuq is-sit fiż-Żonqor issir Moskea hux rigal ieħor tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Cacopardo kien qed jirreferi għall-kummenti ta' Muscat ftit wara li tħabbru l-bidliet fil-proġett tal-Universita' Amerikana ta' Malta meta spjega l-iżvilupp ta' kampus f'Bormla bħala "rigal kbir lin-nies tal-Kottonera".
L-istudju jgħid illi peress li huwa antiċipat li fl-Universita' jkun hemm persuni ta' twemmin Musulman jirrikmanda li jkun hemm ukoll Moskea bħala parti mill-istess Universita'.