[Aġġornata] Sejba makabra: Misjubin mas-70 ġisem mejjet fi trukk

Tkompli tiggrava il-kriżi tal-immigrazzjoni fl-Ewropa u l-pajjiżi tal-madwar

It-trukk li kien mimli katavri ta' persuni mejtin bil-membri tal-Forensika ħdejh
It-trukk li kien mimli katavri ta' persuni mejtin bil-membri tal-Forensika ħdejh

Aġġornata - mill-ewwel informazzjoni li bdiet toħroġ dalgħodu jidher illi b'kollox in-numru ta' persuni li nstabu mejtin ħo vann qrib il-fruntiera diġa tela' għal 70. Dan minkejja li sal-bieraħ l-awtoritajiet Awstrijaki kienu stmaw illi fl-istess vann kien hemm mhux iktar minn 50 mejtin.

Il-kriżi umanitarja ta' immigranti li jitilfu ħajjithom kompliet tiggrava fil-kontinent Ewropew hekk kifiktar kmieni illum ftit ħin ilu madwar 20 u 50 ġisem mejjet instabu fi trakk qrib il-fruntiera tal-Awstrija li tmiss mal-Ungerija. Huwa mifhum li dawn il-persuni kienu diġa mejtin minn qabel ma qasmu il-fruntiera.

il-Pulizija Awstrijaka qalet illi se tkun tista tagħti aktar informazzjoni dwar is-sejba makabra aktar tard matul il-lejl jew għada filgħodu.S'issa pero jidher illi il-katavri kienu fi stat ta' dekompożizzjoni li jindika illi dawn in-nies kienu ilhom mejtin madwar ġurnata u ġurnata u nofs.

More in Politika