Il-ħaddiema tal-ST jobdu direttivi tal-GWU u jieqfu mix-xogħol

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU jgħid lill-maniġment biex ma jibqax jgħid lill-unjin ma tagħmilx azzjonijiet industrijali

Dalgħodu madwar 300 ħaddiem tal-ST obdew id-direttiva tal-unjin u waqfu mix-xogħol. F'indirizz lil dawn il-ħaddiema s-Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb qal illi l-kwistjoni kollha ddur madwar il-pakkett finanzjarju tal-ħaddiema li dwaru qal li m'hemmx "differenzu kbar"

Intant Zarb filwaqt li wera' t-tama tiegħu li l-maniġkment ta' Malta tal-ST iwassal il-messaġġ tal-ħaddiema b'mod korrett ħeġġeġ lill-kapijiet tal-ST barra mill--ajjiż biex jiġi Malta u jkollhom diskussjonijiet mal-GWU. Huwa qal ukoll li l-maniġment m'għandux jagħmel kundizzjonijiet bħal dik li ma jsirux azzjonijiet indutrijali. 

More in Politika