Flok jieħu passi fuq l-iskandli, Muscat jivvinta fuq ħaddieħor

Il-Viċi Kapi tal-PN, Mario Demarco u Beppe Fenech Adami jwieġbu lil Prim Ministru

Dalgħodu, flok tkellem dwar x’se jagħmel dwar il-korruzzjoni istituzzjonalizzata li fniet il-Gvern, Joseph Muscat ivvinta storja dwar suppost qasma fil-Partit Nazzjonalista, xi ħaġa li hu biss qed joħlom fuqha.

Li mhux jirrealizza Joseph Muscat huwa li fl-aħħar sena, hu stess, irnexxielu jgħaqqad lil kulħadd kontrih. Illum fil-pajjiż kulħadd huwa magħqud kontra Joseph Muscat fuq il-politika ambjentali tiegħu, fuq il-mod kif iħalli skandlu wara l-ieħor għaddej qisu xejn mhu xejn, u fuq il-mod kif qed jinsa’ l-problemi li qed jolqtu lill-familji Maltin ta’ kuljum, bħat-traffiku, is-saħħa, u s-sigurtà. 

L-Oppożizzjoni, fl-ebda ħin ma qalet li hija kontra l-iskema mħabbra nhar il-Ġimgħa, iżda qalet li din l-iskema żgur li mhux se ssolvi l-korruzzjoni istituzzjonalizzata taħt dan il-Gvern. Il-konferma ta’ kemm Muscat ma jridx jiġġieled il-korruzzjoni istituzzjonalizzata toħroġ mill-fatt li lanqas biss irid jammetti li teżisti, aħseb u ara kemm se jindirizzaha.


 

More in Politika