Għada se jkun qed jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa fil-Ħarifa li se jibqa' għaddej sal-31 ta' Jannar. Il-kaċċa hija permessa li ssir sagħtejn qabel ma titla x-xemx u sagħtejn wara li titla x-xemx mit-Tbnejn sal-Ġimgħa filwaqt li se tkun permess minn sagħtejn qabel titla x-xemx sas-1:00 p.m. fil-Ħdud u festi pubbliċi. Mhux se tkun permessa kaċċa bejn il-15 ta' Ottubru u s-7 ta' Novembru bejn is-7 p.m.u saħtejn qabel titla x-xemx mit-Tnejn sas-Sibt.
Minn fuq il-baħar il-kaċċa se tkun permessa mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Jannar fl-istess ħinijiet. Kull min jinqabad jikkaċċja b'mod illegali jista jeħel piena sa massimu ta' €5,000 u/jew sena priġunerija, liema sentenza tirdoppja f'każ li l-istess persuna jinqabad jikkaċċja illegalment it-tieni darba.