L-Awstrija qiegħda fuq allert massimu hekk kif qed isiru numru ta' spezzjonijiet fuq il-fruntiera li s'issa wasslu għal numru ta' arresti u immigranti li jkunu qed jiġu traffikati f'vetturi. F'lejl wieħed biss kienu misjubin 200 immigrant b'kollox.
Dawn l-arresti qed iseħħu hekk kif il-ġimgħa l-oħra nstab vann b'71 katavru ta' immigranti li kietu fgati hekk kif kienu qed jipprovaw jgħaddu għall-fruntiera li twassalhom l-Awstrija. Huwa mifhum illi immigranti qed jipprovaw jgħaddu minn ġo vetturi u trakkijet bil-moħbi biex mikunu jistgħu jaslu sad-destinazzjoni finali tagħhom