'€84,000 għal bażużlu ta' Muscat li ħarab waqt kriżi'

Il-Partit Nazzjonalista jistaqsi kif f'mument ta' kriżi l-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei, skont il-PN, ħarab mill-problemi

Fi stqarrija il-Partit Nazzjonalista ddeskriva lill-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei bħala "bażużlu" ta' Muscat li qed jirċievi €84,000 f'paga u li, skont l-istess partit, ħarab waqt mument "ta' kriżi".

Waqt konferenza dalgħodu l-Kelliema tal-PN għal qasam tas-Saħħa Claudette Buttigieg qalet illi "filwaqt li t-tobba fid-Dipartiment tal-Emerġenza jinsabu ‘close to breaking point’, il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei - magħżul direttament minn Muscat - għażel li jaħrab u flok isolvi l-problemi li hemm fl-Isptar, tefa’ l-piż fuq ħaddieħor. Huwa ċar li l-falliment fit-tmexxija tal-Isptar Mater Dei huwa riżultat dirett tad-deċiżjonijiet ħżiena li ttieħdu fuq livell politiku, fosthom l-għażla tal-bniedem li jmexxi l-Isptar Mater Dei"

Hija qalet illi l-Kap Eżekuttiv magħżul minn dan il-Gvern m'għandu ebda forma ta' esperjenza la fis-saħħa u lanqas fil-management.“Mhux talli qed jitħallas is-somma ta’ €84,000 fis-sena, iżda waqt kriżi, flok indirizza l-problema, ħarab u tefa l-piż fuq ħaddieħor,” tenniet Buttigieg.  

More in Politika