Busuttil: Ingħataw 14,000 permess lill-barranin biex jgħixu f'pajjiżna

Il-kap tal-Oppożizzjoni jgħaddi l-kummenti dwar l-aħħar żviluppi fil-każ tal-permessi tar-residenzi minn Brussell

Segwi il-kummenti tal-kap Tal-Opppożizzjoni minn Brussell dwar l-aħħar żviluppi fil-kwistjoni tal-permessi għad-dritt ta' residenza f'Malta 

Intant il-Gvern fakkar kif l-Pulizija dalgħodu ġabret diversi persuni u bdiet b’interrogazzjonijiet hekk kif daħlet f’fażi oħra l-investigazzjoni dwar ħruġ ta’ permessi ta’ residenza. L-investigazzjoni inbdiet fuq informazzjoni mgħoddija mill-Gvern lill-awtoritajiet u wasslet għal investigazzjoni mis-Servizzi ta’ Sigurtà. Dan wassal biex ġew identifikati rackets u abbużi li ilhom għaddejjin mill-inqas għal dawn l-aħħar ħames snin.Din il-fażi ssegwi rapport ieħor li kien inbeda wara li ġew identifikati allegati abbużi minn checks and balances li ddaħħlu f'Identity Malta u l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.

Il-Gvern spjega kif jirriżulta li dan ir-racket, f’forom differenti, ilu jseħħ diversi snin u allura l-investigazzjonijiet qed imorru oltre każijiet li nqabdu permezz ta’ sistemi interni tal-aġenziji involuti.

"Il-Gvern qed jieħu dawn l-abbużi b’serjetà kbira u qed iħalli lis-Servizzi ta’ Sigurtà u lill-Pulizija jinvestigaw b’kull mod biex jinqabad dan ir-racket. Il-mod serju li bih il-Gvern qed jitratta dan il-każ juri li mhu jħares lejn wiċċ ħadd u li qed jaħdem biex ikisser sistemi ta’ rackets li ilhom inawru s-sistemi ta’ amministrazzjoni għal snin sħaħ, fejn dejjem kienu jinstemgħu allegazzjonijiet iżda ftit li xejn ittieħdu passi.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li ż-żmien li rackets bħal dawn jibqgħu għaddejjin mingħajr ħadd ma jieħu azzjoni spiċċa. Din l-investigazzjoni u oħrajn li għaddejjin juru li rridu nbiddlu l-mod kif l-amministrazzjoni tal-pajjiż titmexxa b’mod serju fejn ma tkun ittollerata l-ebda forma ta’ abbuż, qal il-Prim Ministru.

 

More in Politika