Iffaċċjat bl-influss ta' persuni lejn l-Unjoni Ewropea il-President tal-Kunsill tal-UE Donald Tusk qal illi huwa ċar "li l-akbar mewġa ta' refuġjati u immigranti għad trid tiġi. Għalhekk għandna bżonn nirranġaw il-politika tagħna ta' bibien u twieqi miftuħin. Issa l-fokus tagħna għandu jkun fuq il-protezzjoni tal-fruntieri esterni tagħna u fuq għajnuna 'l barra mill-UE lir-refuġjati u pajjiżi madwrna".
Dan il-kliem jikkonferma il-pressjoni li ħassew bosta pajjiżi u jindika, għall-ewwel darba b'mod ċar illi Tusk qed jindika bidliet fil-politika ta' fruntieri, li jista jkun ukoll idliet fil-politika taż-żona Shengen.
Minn naħa tiegħu l-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban qal illi jekk inħallu l-ħitan jaħdmu "imbagħad inkunu nistgħu nikkontrollaw il-fruntieri naturali u l-migrazzjoni ġewwa ż-żona Shengen. Imma jekk ma jogħġogbhomx il-ħajt nistgħu ukoll inħallu lill-immigranti jgħaddu lejn l-Awstrija u l-Ġermanja."
Intant wara s-Summit, li għalih attenda wkoll il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat, l-UE iddeċidiet li se tkun qed tgħaddi €1 biljun lil dawk is-Sirjani li jinsabu f'kampijiet ta' refuġjati.