L-immigrazzjoni fil-qalba tad-diskussjonijiet waqt l-laqgħa tal-UN

Il-bżonn għal “azzjoni immedjata” għall-kriżi tal-immigrazzjoni fuq nett tal-aġenda waqt l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Maqgħuda

Il-kriżi tal-immigrazzjoni fl-Ewropa u fil-Baħar Mediterran, u l-bżonn li tiġi implimentata “azzjoni immedjata” se jkunu fuq nett tal-aġenda waqt is-Sebgħin Sessjoni tal-Assamblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Maqgħuda.

Matul l-Assemblea, li se sseħħ fi New York, fl-Istati Uniti, se jieħdu sehem iktar minn 109 kap ta’ stat jew gvern, b’Malta tkun rapreżentata mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

Fuq quddiem nett tal-aġenda hemm il-kriżi tal-immigrazzjoni fejn id-dibattitu mistenni jiffoka fuq l-azzjoni immedjata li hemm bżonn tittieħed għal rwol attiv min-Nazzjonijiet Maqgħuda biex tindirizza l-kunflitti li huma meqjusa bħala l-għeruq ta’ din it-traġedja umanitarja.  
 
Temi oħra li mistennija jkunu diskussa waqt l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti huma t-tibdil fil-klima, t-tisħiħ tal-paċi u l-ġlieda kontra l-faqar favur ħajja aħjar għal kulħadd.

More in Politika