[Filmat] Espressjoni ta' interess għal ċirkwit tal-motorsports

Il-kumpless jista jinkludi wkoll lukanda u mużew tat-trasport

karozzi ġiri
karozzi ġiri

Dalgħodu is-Segretarju Parlamentari Chris Aguis ħabbar espressjoni ta' ineterss internazzjonali biex f'Malta tinbena racetrack għal dawk il-karozzi li jtellqu (motorsports). L-espressjoni ta' ineterss tiftaħ il-possibilita' li fil-post issir lukanda kif ukoll mużew tat-trasport. Minkejja dan, l-istess espressjoni tħalli f'idejn min se jipproponi l-proġett biex jagħżel is-sit fejn jixtieq li jsir l-investiment.

L-espressjoni hija miftuħa għall-iżvilupp ta' trakka għall-karozzi, roti, go carts, mini motors scooters. Il-kumpless jeħtieġ jattira lejh avvenimenti internazzjoni fuq bażi regolari filwaqt li min imexxi dan iċ-ċirkwit se jkun jeħtieġ li jirriserva ħinijiet partikolari għal dawk li jħobbu jippratikaw dan l-isport. 

Apparti minn hekk il-kumpless jeħtieġ li jipprovdi faċilitajiet edukattivi, ta' parkeġġ u post fejn joqgħodu l-ispettaturi u l-midja. 


 

More in Politika