Bejn €8 u €9 żieda fil-pensjoni għal 12,000 anzjan

..għal dawk li jirċievu l-pensjoni minima tal-miżżewġin se jkun hemm żieda ta' €4.15

 

Xejn inqas minn 12,000 anzjan se jkunu qed igawdu minn żieda fil-pensjoni tagħhom. Dawn il-pensjonanti jaqgħu fil-faxxa ta’ dawk l-anzjani li għandhom l-anqas pensjoni.

Mill-1 ta’ Jannar 2016  l-anqas pagament ta’ pensjoni kontributorja u bonus għal min għandu ħlas suffiċjenti, se jkun ta’ €7,280 jew €140 fil-ġimgħa.  B’kollox il-medja taż-żieda se tkun tlaħħaq kważi €9 (€8.92) għal dawk ta’ 75 ‘l fuq u €8 għal dawk taħt il-75 sena.

Għal dawk il-miżżewġin li bħalissa jirċievu l-pensjoni minima tal-miżżewġin u mhux se jiġu affetwati minn din il-miżura se jkun hemm żieda ta’ €4.15 wara ż-żieda tal-COLA.

Intant fil-baġit il-Gvern ħabbar ukoll illi għal dawk il-pensjonanti li jibqgħu jaħdmu u ma japplikawx għall-pensjoni meta għandhom dritt għaliha il-Gvern se jżid ir-rata tal-pensjoni b’persentaġġ fis-sena.

Apparti minn dan il-Ministru Edward Scicluna qal illi l-Gvern se jkompli jirranġa mill-anomaliji u li se jibda fond pilota ta’ €1 miljun li minnu jingħata sussidju ekwivalenti għal massimu ta’ nofs il-paga minima u pro-rata għall-impjiegi part time.  

More in Politika