50ċ kull lejl f’kontribuzzjoni ambjentali

....Kull pakkett sigaretti se jiżdied b'madwar 30ċ

Fid-dawl ta’ riżultati tajbin ħafna fit-turiżmu u l-miġja ma eluf kbar f’pajjiżna il-Gvern ħabbar illi kull turist se jkun qed iħallas 50ċ għal kull lejl li jqatta’ Malta. Il-ħlas iżda mhux se jkun qed jeċċedi l-€5 kull persuna f’kull żjara f’pajjiżna.

Id-dħul minn din il-miżura mistenni jkun madwar €6 miljuni li se jintużaw għal upgrading, titjib u manutenzjoni ta’ żoni pubbliċi ewlenin fil-pajjiż.

Intant se jsiru taxxi ta’ ek-kontribuzzjoni fuq prodotti magħmulin mill-pastik u anke chewing gum.

Is-sisa fuq is-siment se togħla u kull pakkett sigaretti se jiżdied b’30ċ

More in Politika