Il-Ministru Scicluna ħabbar kif permezz ta’ bidliet li kienu mħabbrin fl-aħħar baġit, biex kumpaniji kbar iħaddmu persentaġġ ta’ persuni li huma b’diżabilita’ l-ETC sabet 188 impjieg aktar għal persuni b’diżabilita’.
Fil-fatt, b’kollox, qed jinstabu 24 post tax-xogħol kull xahar lil persuni b’diżabilita’. Fid-dawl ta’ dan il-Gvern reġa ġedded l-inċentiva li permezz tagħha min jimpjega qed jingħata 25% tal-paga lura flimkien ma’ sussidju ta’ €125 fil-ġimgħa għal tliet snin.
Intant il-Ministru ħabbar ukoll kif il-qgħad fost iż-żgħażagħ niżel minn 14% għal ftit iktar minn 8%.
Intant il-ġlieda tal-Gvern kontra l-prekarjat reġa ssemma bil-Ministru jfakkar fid-deċiżjonijiet tal-Gvern fil-passat, fosthom il-blacklisting u ż-żieda ta’ pagi mħallsijn mill-kuntrattur li wassal biex numru ta’ ħaddiema, bħal carers f’San Vinċenz de Paul, raw żieda fil-paga.