Il-Kunsill tal-Belt għal Cafè Premier

Informazzjoni li toħroġ bi żball meta jiġi ppubblikat dokument bi żball fuq is-sit tal-Ministeru

Il-Gvern qabel li jitrasferixxi l-bini ta' Cafè Premier lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta biex ikun jista' jibda jopera minnu l-istess kunsill.

Dan ħareġ bi żball minn working document li ġie ppubblikat fuq is-sit tal-Ministeru tal-Finanzi, fil-ġurnata tal-Baġit. Minkejja dan, din l-istorja ġiet imbagħad ikkonfermata mill-Prim Ministru stess f'konferenza tal-aħbarijiet wara l-istess Baġit.

"Il-post jagħmel parti minn lista ta' postijiet li kienu ssuġġeriti mill-istess Kunsill Lokali. Nemmnu li dan il-post huwa bil-wisq iktar addattat għall-Kunsill," sostna l-Prim Ministru.

L-amministrazzjoni preċedenti kienet ħadet il-bini tal-HSBC bl-intenzjoni li dan jintuża mill-Avukat Ġenerali, biex il-Kunsill ikun jista' jiċċaqlaq għall-Main Guard. Minkejja dan, il-pjanijiet inbidlu  taħt din l-amministrazzjoni biex il-bini tal-HSBC għandu fih issa l-Ministeru tat-Turiżmu. 

 

More in Politika