Waqt li kien qed jieħu sehem fil-programm Xarabank tal-bieraħ l-Arċisqof Charles J Scicluna esprima kritika fuq il-fatt li numru ta' kotba li juru lit-tfal tal-iskola realtajiet differenti fis-soċjeta, fosthom illi apparti relazzjoinijiet eterosesswali hemm relazzjonijiet omosesswali wkoll. L-Arċisqof m'esprimiex ruħu kontra l-kotba imma kontra l-fatt liu dawn qed jintużaw fl-iskejjel u li qed ikunu 'imponuti' fuq l-istudenti.
Filwaqt li fakkar li dejjem tibqa' l-għażla tal-ġenituri x'tip ta' tagħlim għandhom ikollhom it-tfal tagħhom, esprima tħassib li dan it-tip ta' tagħrif qed jingħata f'eta' daqshekk żgħira. Minkejja dan hu ma weġibx b'mod dirett meta iffaċċjat b'mistoqsija mill-preżentatur Peppi Azzopardi meta dan fakkru illi l-knsija stess, permezz tal-lezzjonijiet tar-reliġjon timponi it-tagħlim tagħha fuq l-istudenti.
Intant fuq l-istess suġġett Scicluna qal illi huwa kiteb lill-qassis u teologu Krzystof Charamsa, li ftit qabel ma beda s-Sinodu għamel pubbliku l-fatt li huwa omosesswali u li qed jgħix mas-sieħeb tiegħu, u kritika l-fatt li Charamsa ippublika l-omosesswalita u r-relazzjoni tiegħu daqshekk fil-miftuħ