Il-PL jakkuża lill-Busuttil li huwa kontra s-settur privat
.....il-PN jakkuża lill-Prim Ministru li qed jigdeb dwar il-każ ta' Gaffarena
More in Politika
.....il-PN jakkuża lill-Prim Ministru li qed jigdeb dwar il-każ ta' Gaffarena
Fi stqarrija il-Partit Laburista qal kif f'intervista "kkaraterizzata minn negattività tipika, u distruttività għal kull ħaġa li ma tagħmilx l-Oppożizzjoni, Simon Busuttil reġa kkonferma, jekk qatt kien hemm bżonn, kemm huwa kontra s-settur privat"
Il-PL kompla jgħid li Il-Kap tal-Oppożizzjoni attakka investiment fil-qasam tas-saħħa, li ser jeleva lill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fl-istess livell ta’ Mater Dei jekk mhux aħjar. Simon Busuttil qed jipprova jbeżża lill-poplu Malti u Għawdxi u lil ħaddiema tal-istess sptar, dan għax ma jridx investiment privat li se jfisser kura aħjar u servizzi tal-aqwa kwalità.
"Simon Busuttil qed jipprova jfixxkel bħal m’għamel diġa’ fil-każ tal-Enemalta li tħalliet bi kważi b’€1biljun dejn minn Gvern Nazzjonalista li kien jagħmel parti minnu, l-istess bħal programm ta’ Ċittadinanza b’investiment li se jħalli €75miljun f’fond u issa anke fil-qasam tas-saħħa." Il-Kap Nazzjonalista tkellem ukoll fuq il-power station, "iżda nesa jsemmi li l-Kummissjoni Ewropea għadha kemm qalet kemm il-bini tal-power station qed jgħin fit-tkabbir ekonomiku, bil-kontra ta’ dak li qal hu; li m’għandiex bżonnha."
Il-Prim Ministru qed jigdeb
Minn naħa l-oħra l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil f’intervista fuq Radio 101 dalgħodu, f'reazzjoni għall-intervista tal-Prim Ministru ma’ The Sunday Times, li fiha, Muscat ammetta li ltaqa’ minn tal-anqas darbtejn ma’ Gaffarena qabel l-elezzjoni, Simon Busuttil qal li Muscat qed jigdeb meta qed jgħid li Gaffarena ma talbux il-permess għall-pompa tal-petrol għal żewġ raġunijiet: Gaffarena kien iltaqa’ ma’ Simon Busuttil u talbu l-permess, li minn naħa tiegħu bagħtu jixxejjer, u fit-22 ta’ Marzu 2014, Michael Farrugia, dak iż-żmien Segretarju Parlamentari responsabbli mill-MEPA, ammetta li l-permess tal-pompa tal-petrol illegali kien wegħda ta’ qabel l-elezzjoni.
Simon Busuttil qal li wasal iż-żmien li Michael Falzon jerfa’ r-responsabbilta’ politika għall-fatti ċari tal-iskandlu ta’ Gaffarena. “Joseph Muscat ma ħax azzjoni kontra Michael Falzon għaliex Muscat huwa l-Ministru li jirraporta għandu Falzon, u allura jekk jerfa’ r-responsabbilta’ Michael Falzon, ikollu jerfagħha wkoll Joseph Muscat