Il-President tal-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u Demokratiċi Gianni Pittella jinsab Malta u se jkun qed jiltaqa' mal-Prim Ministru Joseph Muscat kif ukoll mad-Deputat Prim Ministru Louis Grech. Ma' tal-aħħar Pittella se jkollu konferenza stampa fil-Parlament iktar tard illum.
Din il-ġimgħa mistennijin jaslu numru kbir ta' mexxejja politiċi hekk kif pajjiżna se jkun qed jospita l-Valletta Summit 2015.