Meta tkellem waqt seduta storika fil-Parlament Malti il-President tal-Parlament Ewropew Martin Shulz spjega kif dan huwa perjodu morali diffiċli għall-kontinent Ewropew. "F'pajjiż bħal Malta li dejjem offriet kenn lill-persegwitati, Malta kienet pajjiż suċċess ta' kulturi, b'popli diversi li għamlu lil Malta pajjiżhom." Il-lingwa Maltija, fakkar Shulz, hija xhieda tat-taħlit li Malta esperjenzat matul iż-żmien. Iżda qabel ma beda jitkellem dwar l-immigrazzjoni Shulz faħħar is-suċċessi li l-ekonomija Maltija qed tagħmel bħalissa, "Malta hija eżempju pożittiv għall-Ewropa, anke fl-ekonomija d-defiċit ta' Malta nieżel, għandkhom child care b'xejn, Malta illegalizzat l-Unjoni Ċivili, il-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa fost l-aktar baxx fl-Ewropa kollha. Dawn kollha affarijiet li jġiegħluni nkun aktar kburi li ninsab hawnhekk."
Shulz għadu għaddej bl-indirizz tiegħu