[Vox Pop] Jew taqdini jew ma nivvutalekx

In-nies x'jaqħsbu dwar il-Politika tal-Pjaċiri?

Filmati: Chris Mangion
Filmati: Chris Mangion

‘Li kieku titlob pjaċir lil politikant, u dan jgħidlek li ma jistax jaqdik, xorta tagħtih il-vot tiegħek?’ Din kienet il-mistoqsija li għamlet il-gazzetta ILLUM lil diversi persuni meta din il-ġimgħa niżlet fit-toroq tal-Ħamrun.

Dan il-Vox Pop sar biex naraw jekk din l-idea ta’ ‘nivvutalek, imma x’se ttini lura?’ hijiex popolari daqskemm ħafna nies jaħsbu.

Dan jiġi fid-dawl tal-akkużi u l-kontro-akkużi bejn iż-żewġ partiti, ta’ min minnhom għamel l-agħar fir-rigward tal-pjaċiri, rigali u qadi lil xi nies li riedu xi ħaġa jew oħra.

 Uħud minn dawk li wieġbu qalu li jiddependi minn dak li tkun qed titlob, għax hawn min jitlob pjaċiri biex jirranġawlu xi triq jew bankina, imma hemm min jitlob affarijiet bħal xi post tal-gvern, xogħol jew xi promotion, anke jekk ma jkunx ħaqqhom. Min-naħa l-oħra xi nies li wieġbu, sostnew li jekk il-politikant ikun għamel li seta’ u verament ma jkunx jista’ jaqdihom, hemmhekk, huma xorta waħda jivvutawlu.

More in Politika