Il-Prim Ministru Joseph Muscat hekk kif qed ikun intervistat fuq il-programm Xarabank bħalissa sostna li quddiem it-terroriżmu Malta ma tistax tkun newtrali, madanakollu għaliha ċara li Malta m'għandha ebda ħsieb li tmur għall-gwerra. Muscat fakkar illi Malta għandha l-obbligu, bħala pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, li tgħin lil pajjiż ieħor Ewropew li jkun attakkat.
Filwaqt li qal li pajjiżna mhux se jkun qed jieħu sehem militarment, ħabbar ukoll li l-Gvern Malti se jkun qed jiddiskuti x'għajnuna jista jagħti lil Franza, skont il-kostituzzjoni ta' pajjiżna.