F'111 ġimgħa l-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia nefaq €5,583 fi fjuwil, li jiġi medja ta' €50.31 fil-ġimgħa. B'kollox Farrugia uża medja ta' 38 litru ta' fjuwil matul l-istess perjodu ta' żmien. L-Ispeaker m'għandux limitu ta' kemm jista jixtri fjuwil għall-karozza li juża.
Minn naħa l-oħra l-Kap tal-Oppożizzjoni, li għandu limitu ta' 250 litru ta' fjuwil fix-xahar, nefaq €9,543 b'kollox fi fjuwil jew medja ta' €75.14 fil-ġimgħa. B'kollox il-kap tal-Oppożizzjoni qed juża medja ta' ftit aktar minn 56 litru fjuwil fil-ġimgħa. Minkejja dan, l-użu ta' Busuttil huwa maqsum fuq 16-il ġimgħa aktar minn tal-Ispeaker, jew 127 ġimgħa.
Din l-informazzjoni ingġata lill-Parlament mill-Ispeaker tal-Kamra tar-Raġġreżentanti Anġlu Farrugia għall-mistoqsija tad-Deputat Parlamentari Nazzjonalista David Aguis. Din l-informazzjoni tiġi wkoll ftit wara li qamet l-akkuża diretta lejn ix-xufier tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar allegat abbuż fuq il-fjuwil. Rigward dawn l-allegazzjonijiet bħalissa għaddejja inkjesta Maġisterjali.