Żewġ fazzjonijiet rivali tal-Libja jiltaqgħu f'Malta

Iż-żewġ fazzjonijiet irrfjutaw il-ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti imma jgħidu li gvern ta' għaqda jista' jifforma

Il-kapijiet tal-parlamenti rivali tal-Libja, li rrifjutaw il-ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti, iltaqgħu f'pajjiżna, f'laqgħa sorpriża fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fil-Belt Valletta.

Il-President tal-Kamra tar-Rappreżentanti Libjana, li hi rikonoxxuta internazzjonalment Aguila Saleh Issa u l-President tal-General National Congress Iżlamista Nuri Abusahim sostnew li gvern ta' għaqda nazzjonali 'jista' jintlaħaq.'

"Irridu niffumaw Gvern ta' għaqda imma ma rridux li jkun infurzat minn barra. Dan il-gvern irid ikun maqbul mill-poplu kollu Libjan. Ma rridux li jkun hemm intervent minn barra jekk dan jiġi kontra r-rieda tal-poplu tagħna," qal Issa b'referenza għall-ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti. 

Min-naħa l-oħra, Abusahim qal li ż-żewġ naħat qablu fuq ħafna punti, inkluż il-fatt li huma kommessi li jiġġieldu t-terroriżmu.

More in Politika