Id-Dipartiment tal-Kuntratti għadu kif iffirma kuntratt ta' €€22,470,006.53 mal-joint venture Spanjola SJ Kappara K.V. għall-bini tal-junction tal-Kappara.
Il-kuntratt ġie ffirmat illum mid-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Kuntratti, Anthony Cachia f'isem il-Gvern, u Alvaro Bastida Cilleruelo f'isem il-joint venture Spanjola. Preżenti kien hemm ukoll il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna u l-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi.
Minbarra l-bini tal-junction kif propost, fil-kuntratt hemm ukoll inkluż dettalji dwar ix-xogħlijiet tal-bini tat-triq, inkluż infrastruttura taħt l-art, id-disinn u l-bini ta' strutturi oħra fost l-oħrajn.
Ix-xogħlijiet mistenni li jibdew kmieni s-sena d-dieħla.