Allegatament tintefa ġebla lejn il-karozza tal-Kap tal-Oppożizzjoni

Il-karozza tal-Kap tal-Oppożizzjoni kienet qed tinstaq lejn l-ajruport, u hu ma kienx fiha fil-ħin tal-inċident

Il-ħsara li ġarrbet il-karozza
Il-ħsara li ġarrbet il-karozza

Tard ilbieraħ filgħaxija il-karozza tal-Kap tal-Oppożizzjoni kienet involuta f'inċident li fih intefgħet ġebla li laqtet il-karozza.

Dak il-ħin il-karozza kienet qed tinstaq fi Triq Diċembru 13, il-Marsa, fid-direzzjoni tal-ajruport sabiex tiġbor lill-Kap tal-Oppożizzjoni li kien se jasal lura minn Brussell fejn attenda għas-Summit tal-Partit Popolari Ewropew matul il-ġurnata tal-bieraħ. Għaldaqstant il-Kap tal-Oppożizzjoni ma kienx fil-karozza fil-ħin tal-inċident.

Dwar l-inċident sar rapport lill-Pulizija fl-Għassa tal-Ajruport u fih ħadd ma weġġa’. Madankollu il-windscreen tal-karozza inkisret u saret ħsara wkoll fis-saqaf tal-karozza.

More in Politika