Fearne: Sitt xhur mingħajr pilloli out of stock

Matul is-sena li għada kemm intemmet, kien hemm total ta' 26 ġimgħa, nofs sena, mingħajr ebda tip ta' mediċina out of stock. Fil-ġimgħat l-oħra l-mediċini out of stock kienu anqas minn ħamsa.Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Chris Fearne, waqt il-programm Riżultati, fuq ONE Radio.

"Sa ftit snin ilu l-mediċini out of stock kienet qed taffettwa mijiet ta persuni kuljum. Kien hemm ġimgħa partikolari fl-2009, fejn il-mediċini out of stock kienu qabżu s-690. Illum il-mediċini out of stock m'għadiex kwistjoni, għax anke meta kellna mediċini out of stock dawn kienu waħdiet u mhux mijiet," qal Fearne.

"Dan ir-riżultat kbir inkiseb grazzi għall-impenn kbir tal-ħaddiema fis-CPSU, id-dipartiment li jieħu ħsieb ix-xiri u ordni ta' mediċina fost affarijiet oħra, l-ispiżjara u l-ħaddiema fil-POYc, li jieħdu ħsieb iqasmu l-mediċina fl-ispiżeriji tal-għażla tiegħek," żied Fearne.

 

More in Politika