Wara r-rapporti li deheru fuq il-ġurnal l-ILLUM dwar kif, allegatament, kienu qed jinġabru flus li jmorru jitolbu Borg in-Nadur f'kummenti mas-sit maltatoday.com.mt Fr Rene Camilleri żvela kif l-awtoritajiet tal-Knisja kellhom quddiemhom ukoll żewġ każijiet ta' mirakli li ma kienu mirakli xejn.
Fil-fatt f'waħda minn dawn il-laqgħat ta' talb tnejn minn nies intqalilhom minn Angelik li l-Madonna kienet fejqitilhom il-kankru li kellhom. Wara rriżulta li din il-marda kiefra ma fieqitilhom xejn u mietu xahar biss wara. Fr Rene insista li l-intervent suppost mirakoluż ta' Angelik ma kellu xejn x'jaqsam mal-mewt ta' dawn il-persuni, kien biss intervent li ma seħħx.