Serb u Awstrijakk f'Malta wara 10 xhur maħtufin fil-Libja

Il-PM Joseph Muscat informa lill-Kanċillier Awstrijakk u Prim Ministru Serb b'dan l-iżvilupp

Nies armati fil-Libja li qed jaħtfu persuni barranin
Nies armati fil-Libja li qed jaħtfu persuni barranin

Ċittadin Awstrijak u ċittadin Serb li kienu ilhom miżmuma fil-Libja minn Marzu li għadda‎ inħelsu fis-sigħat li għaddew u jinsabu Malta. Il-ħelsien ta’ dawn iż-żewġ persuni sar b’ħidma bejn l-awtoritajiet u servizzi tas-sigurtà ta’ Malta, tal-Libja, tal-Awstrija u s-Serbja. Il-Prim Ministru Joseph Muscat informa lil Kancillier Awstrijak, Werner Faymann, u lill-Prim Ministru Serb, Aleksandar Vučić, b’dan l-iżvilupp.

Is-sitwazzjoni kienet ġiet diskussa bejn il-Prim Ministru Malti u dak Serb‎ waqt laqgħa li kellhom nhar is-Sibt f'Belgrad.

 

More in Politika