BirdLife Malta bi pjaċir tinnota li mill-emendi kollha proposti, maħruġa għal konsultazzjoni pubika f'Novembru li għadda, u li BirdLife Malta rreaġixxiet għallihom f'Diċembru 2015, waslu f’isseħħ. BLM huma f’diskussjoni mal-Ministeru kkonċernat sabiex ma tigiex imdaghjfa il- ‘Conservation of Wild Birds Regulations’.
Filwaqt li t-tnaqqis tat-tariffi għal-liċenzji tal-kaċċa hija deċiżjoni politika, BirdLife Malta diġa ppreċiżat lis-Segretarju Parlamentari, it-tħassib taghha dwar is-sistema l-ġdida għar-reġistrazzjoni tal-qabdiet tal-kaċċa. Dawn jinkludu l-fatt li l-kontrolli fil-post biex jiżguraw li l-kaċċaturi qeghdin jirrapurtaw il-qabdiet tagħhom, issa, aktar minn qatt qabel ser jiddependu fuq l-infurzar mogħtija mill-unità ALE diġà mġebbda fil-Korp tal-Pulizija ta' Malta. Tħassib ieħor jinkludi l-fatt li s-sistema ta' rappurtar elettroniku ma jigborx infomazzjoni dwar l-isforz tal-kacca, jigifieri kemm hargu kaccaturi ghal kacca anke jekk ma qabdu xejn. Fis-sistema ta qabel tal-carnet de chasse, kaċċaturi kienu obbligati li jirreġistraw ukoll ġranet tal-kaċċa fejn ma jinqabdux ghasafar, statistika siewja w utli għall-awtoritajiet biex tirrapporta dwar istaġuni tal-kaċċa u derogi.