Mal-€500,000 lil Richard Cachia Caruana wara li kien ġie sfiduċjat fil-Parlament

Mistoqsija Parlamentari turi kif RCC ngħata €179,931 talli kien tterminat l-impjieg, €36,453 f'notice payment u €39,549 f'vacation leave u €6,265 fix-xahar bħala transitional allowance

Minn mistoqsija Parlamentari kien żvelat kif l-eks-Rappreżentant Permanenti ta' Malta fl-Unjoni Ewropea ngħata €481,473 mill-Gvern Nazzjonalista wara li spiċċa mill-kariga minħabba mozzjoni ta' sfiduċja kontrih. 

Dawn il-flus kienu jinqassmu hekk: €255,933 f'terminal benefits maqsumin f'€179,931 talli kien itterminat l-impjieg, €36,453 f'notice payment u €39,549 f'vacation leave. 

Skont t-tagħrif mogħti fil-Parlament Cachia Caruana kien intitolat għal €6,265 fix-xahar għal tliet snin f'transitional allowance. Dan ifisser li kien intitolat għal €225,540 f'dan it-tip ta' ħlas.

Dan it-tagħrif ingħata lill-Parlament mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella għall-mistoqsija Parlmentari tad-Deputat Laburista Silvio Schembri.

More in Politika