L-MEPs Nazzjonalisti jivvutaw favur aktar tniġġiz fl-arja - PL

Min-naħa l-oħra l-Membri Parlamentari Ewropej Laburisti vvutaw kontra li jkun hemm aktar tniġġiż fl-arja

Stqarrija tal-Partit Laburista tgħid li fl-istess ġurnata li l-Kap tal-Oppożizzjoni għamel u-turn fuq il-qasam ambjentali, meta l-ODZ ma baqax ODZ għal Kap tal-Oppożizzjoni, il-membri Parlamentari Ewropej tiegħu, żammew mal-linja tiegħu fil-qasam tal-enerġija, meta vvutaw favur mozzjoni fil-Parlament Ewropew li jħallu kumpaniji tal-manifattura tal-karozza li jipproduċu karozzi li jeċċedu l-limitu tat-tniġġiz fl-arja. Dan fl-istess ġimgħa li l-Oppożizzjoni, bir-raġun, tkellmet tant fuq il-marda qerrieda tal-kanċer.

Permezz tal-vot fil-Parlament Ewropew nhar l-Erbgħa, il-membri Parlamentari Nazzjonalisti żammew mal-linja tal-Kap tagħhom, Simon Busuttil li huwa wkoll irid li nkomplu nżidu t-tniġġiz fl-arja għax irid fost l-oħrajn li nkomplu nipproduċu l l-enerġija elettrika bl-aktar fjuwil li jħammeġ. 

Filwaqt li dan il-Gvern qed jaħdem favur arja aktar nadifa u li tippromwovi saħħa aħjar għall-familji Maltin u Għawdxin, Busuttil permezz tak-politika negattiva tiegħu jinsab mheddi jxejjer l-imkatar.

Id-deċiżjoni li l-limiti ta’ tniġġiz ikunu ferm ogħla minn dak miftiehem 9 snin ilu ttieħdet f’Ottubru tas-sena li għaddiet minn kumitat tekniku magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri. Deċiżjoni bħal din timmina l-fiduċja taċ-ċittadini li jistebew li l-Unjoni Ewropea tipproteġi s-saħħa.

Min-naħa l-oħra l-Membri Parlamentari Ewropej Laburisti vvutaw kontra li jkun hemm aktar tniġġiz fl-arja u konsistenti mal-politika li dan il-Moviment ilu jimbotta ‘il quddiem; dik li jkollna arja aktar nadifa. Dan il-Gvern qed jagħmel dan permezz tal-qalba għall-gass u billi fost l-oħrajn għalaq il-power station tal-Marsa li suppost kienet għalqet fl-1987 u se jibda l-proċess tal-iżmantellar taċ-ċumnija ta’ Delimara fiż-żmien li ġej, tkompli l-istqarrija

More in Politika