Konrad Mizzi jitfa’ n-nomina għal Deputat Mexxej tal-PL

In-nomina proposta minn Ġuża Cassar u ssekondata minn Owen Bonnici

Konrad Mizzi
Konrad Mizzi

Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista illum laqgħet in-nomina tal-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-PL. Din kienet l-ewwel ġurnata li fiha dawk interessati li jikkontestaw jistgħu jitfgħu n-nomina tagħhom, .

In-nomina ta’ Konrad Mizzi kienet proposta minn Ġuża Cassar u ssekondata mill-Ministru Owen Bonnici.

In-nominazzjonijiet jibqgħu miftuħin sa nhar it-Tlieta li ġej. L-elezzjoni għal ħatra ta’ Deputat Mexxej Laburista se ssir il-Ħamis 25 ta’ Frar.

More in Politika