Bint l-ispiker m’għandhiex tinħatar maġistrat – Busuttil

"Min lest jikser il-Kostituzzjoni mhux denju li jmexxi pajjiż"

Simon Busuttil
Simon Busuttil

Il-kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li n-nominazzjoni ta’ Caroline Farrugia Frendo bħala maġistrat tmur kontra l-kostituzzjon għax għadha m’għalqitx seba' snin tipprattika l-liġi.

Busuttil qal li l-mod kif jinħatru l-membri tal-ġudikatura għandu jinbidel immedjatament u m’għandha ssir l-ebda ħatra oħra fil-ġudikatura jekk mhux skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Bonello. F’dan ir-rapport li kien ġie finalizzat f’Novembru 2013, il-Kummissjoni għamlet numru ta’ rakkomandazzjonijiet inkluż dwar kif għandhom jinħatru l-membri tal-ġudikatura.                  

Busuttil allega li kien ċar li din ġiet nominata minħabba r-relazzjoni familjari tagħha u li n-nepotiżmu huwa forma ta’ korruzzjoni.

Huwa qal li min hu lest li jikser il-kostituzzjoni biex sempliċiment jagħżel il-maġistrati li jrid, mhux denju li jmexxi pajjiż.

More in Politika