Fir-rejd fid-Dipartiment tal-Propjeta' tal-Gvern ittieħdu dokumenti għall-Bord tad-dipartiment

Id-dokumenti ittieħdu fir-rejd tal-20 ta’ Jannar wara r-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar Gaffarena

Wara l-publikazzjoni tar-rapport, il-Prim Ministru ħatar Bord biex jamministra dan id-dipartiment. Dan il-Bord huwa mmexxi mill-Imħallef Lawrence Quintano li hu wkoll chairperson tal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni.

Ir-rejd seħħ fl-20 ta’ Jannar wara r-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-każ li jinvolvi lil Mark Gaffarena u li fuqu kien hemm ir-riżenja ta’ Michael Falzon minn segretarju parlamentari. Skont artiklu fit-Times of Malta, il-pulizija qalu li din ma kinitx investigazzjoni imma operazzjoni biex jittieħdu dokumenti għall-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni.

Il-Gvern ħatar lil Deborah Schembri minflok Michael Falzon bħala Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u wkoll Bord għar-riforma fid-dipartiment magħmul mill-Perit Robert Musumeci, l-Avukat Vincent Galea u Edmund Tabone.

More in Politika