Ilbieraħ filgħaxija, matul il-programm Dissett, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea tal-2017, se tkun qed tiswa lil Malta €40 miljun.
Scicluna qal li Malta ma kellhiex għażla dwar dan u qabbilha mal-Eurovision fejn jekk pajjiż jirbaħ, ikollu jorganizza l-festival f'pajjiżu.
Tul il-programm, il-Ministru insista li l-Gvern diġà qed jalloka fondi għal din il-presidenza, li minkejja li se tkun tiswa €40 miljun, 'il-Gvern Malti mhux se jagħmel ħafna fanfarunati."
Malta se tkun qed tassumi l-Presidenza tal-UE mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju tas-sena 2017.