Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li l-Gvern se jniedi studju dwar l-impatt tad-direttiva proposta mill-EU dwar it-taxxa. Din id-direttiva li qed tiġi proposta għandha l-intenzjoni li tevita li l-evitar tal-ħlas tat-taxxa. Hu qal li l-Unjoni missa għamlet dan l-istudju hi stess qabel ma’ pproponiet din id-direttiva.
Scicluna kien qed jitkellem waqt laqgħa tal-Ministri tal-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) fi Brussell.